F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana ħabbret tnaqqis żgħir fid-distanzi bejn l-imwejjed tal-istudenti tal-istudenti mit-tmien sena l-isfel kif ukoll dawk mid-disa’ sena ‘l fuq. madankollu kkonfermat li l-maskli jridu jibqgħu jintlibsu f’kull ħin.
Ġenituri ma jidħlux fl-iskejjel imma studenti se jkollhom sessjonijiet fil-laboratorju
Il-ġenituri mhux se jitħallew jidħlu fl-iskejjel għal attivitajiet u l-assemblies fl-iskejjel se jkunu jistħu isiru f’okkażjonijiet partikolaril.
Il-Ministru ma tweġibx dwar l-għalliema peripatetic
L-istudenti issa se jkunu permessi jattendu għal sessjonijiet ta’ prattika fil-laboratorju u edukazzjoni fiżika. Madankollu jibqa’ mhux ċar hux se jkollhom lezzjonijiet tad-drama, l-arti, l-mużika, il-PCSD, ix-xjenza, u ħafna suġġetti oħra wara li s-sena l-oħra l-għalliema ta’ dawn is-suġġetti tpoġġew fil-klassijiet minħabba nuqqas kbir ta’ riżorsi umani.
Filfatt il-Ministru Caruana mistoqsija jekk din is-sitwazzjoni hux se tirrepeti ruħha bagħet ma tridx tagħti tweġiba ċara.
Bqajna nistaqsu l-istudenti hux se jkollhom dawn il-lezzjonijiet u l-għalliema ta’ dawn is-suġġetti hux se jgħallmu s-suġġet li jispeċjalizzaw fihom, iżda l-ebda tweġiba minn Justyne Caruana.
L-edba konferma lanqas dwar studenti tal-Post Sekondarja
Tlabniha wkoll konferma li l-istudenti ta’ MCAST, Higher Secondary u istituzzjonijiet oħra edukattivi se jattendu fiżikament minn Ottubru, madankollu anke hawn, il-Ministru ma kinitx komda biżżejjed biex tagħti risposta definittiva.
Eluf ta’ studenti ta’ istituzzjonjijiet edukattiv post sekondarji s-sena li għaddiet spiċċaw bil-ħniena rifsu fl-iskejjel rispettivi tagħhom, minkejja li kienu ġew imwegħda li se jkunu jistgħu jattendu fiżikament, u minkejja li l-iskejjel primarji u sekondarji kienu miftuħa għall-istudenti tagħhom.
Tibqa’ ma sserraħx ras ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltà
U għaldarboħra l-ebda garanzija lill-ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltajiet li għaddew sena martijru wara li ġew imċaħħda milli jattendu fiżikament is-sena li għaddiet, minħabba problemi ta’ riżorsi. Anzi flok serrħet ras il-ġenituri, il-Ministru farfret minn fuqha u tefgħet it-tort fuq l-istudenti nfushom u qalet li min m’attendiex għax hu vulnerabbli.
Ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltajiet bħall-awtiżmu kkonfermaw ma’ Net News li dan mhux il-każ u li l-fatt li uliedhom ma tħallewx jattendu fl-iskejjel fiżikament is-sena li għaddiet issarfet fi ħsara kbira lit-tfal.
Ma tweġibx dwar għalliema u LSEs li għad m’għandhomx klassi
Fl-aħħar sigħat bosta għalliema u LSEs ikkummentaw fuq il-fatt li sa issa għadhom imdendla u bla idea ta’ liema klassi se jkunu qed jgħallmu jew liema studenti se jkunu qed jissapportjaw. Dan, qalu, ifisser li mhux se jkollhom żmien jipprepraw meta facilment dan l-istress u din l-ansjetà ġdida fil-bidu tas-sena setgħu faċilment kienu evitati kieku l-affarijiet saru kif suppost.
Mistoqsija dwar dan it-tkaxkir tas-saqajn, il-Ministru qalgħet biss li l-proċess għaddej u tefgħetha fuq l-istatementing board.
LSEs u għalliema Għawdxin imdendla
Intant huma ħafna l-għalliema u l-LSEs Għawdxin li se jkunu qed jaħdmu Malta u li wkoll għadhom m’ġħandhomx idea fejn se jkunu qed jgħallmu, biex diġa qed isibu problema biex jibbukkjaw vannijiet għat-trasport tagħhom ta’ kuljum.
Reazzjonijiet għal dawn il-protokolli
It-tibdiliet imħabbra mill-Ministru kienu deskritti bħala tardivi. Il-Union tal-Għalliema qalet li wieħed kien jistenna li la kienet kwistjoni ta’ emendi fuq il-protokoll tas-sena l-oħra, l-affarijiet setgħu tħaffu aktar.Il-P
Tal-istess fehma, il-Partit Nazzjonalista li laqa’ t-tħabbir anke jekk tard tal-protokolli tas-saħħa għall-ftuħ tal-iskejjel iżda saħaq li bdiliet tant minimi setgħu tħabbru aktar kmieni biex jaqtgħu l-inċertezza fost l-istudenti u l-ġenituri u biex jagħtu biżżejjed ħin lill-edukaturi jippreparaw mingħajr stress żejjed… propju kif kien qal li kellu jsir ħmistax ilu.
//= $special ?>