Sport Sport Ieħor

Aktar restrizzjonijiet stretti fost atleti m’humiex vaċċinati fl-Awstralja

Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jitħabbru numru ta’ restrizzjonijiet ġodda fost l-atleti m’humiex vaċċinati li se jkunu qed jikkompetu f’kompetizzjonijiet fl-Awstralja. Fost dawn, numru ta’ tennisti li se jkunu qed jipparteċipaw fl-Open tal-Awstralja tal-2022 se jkunu qed jaffaċjaw numru ta’ restrizzjonijiet.

Dan tħabbar mill-Ministru ta’ Victora għall-Isport Martin Pakula fejn qal li huwa wkoll kunfidenti li dan l-avveniment se jkun qed isir kif pjanat. Pakula qal li permezz tal-vaċċin, l-organizzaturi huma aktar kunfidenti li dan it-tournament isir aktar tard matul din is-sena.

S’issa 38% tal-Awstraljani huma vvaċinati filwaqt li l-mira tal-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż hija li 70% jkunu mlaqqma sa Novembru.