Lokali

Anzjan jirċievi kontijiet tad-dawl f’ismu għal dar li mhux tiegħu

Kenneth Scifo, li għandu 76 irċieva kważi €2,500 f’kontijiet tad-dawl għal dar li mhux tiegħu.

Din l-istorja kienet ippubblikata fuq it-Times of Malta hekk kif qal li din il-kwistjoni ilha għaddejja għal numru ta’ snin, bl-Enemalta u llum l-Arms Ltd. qatt ma jagħtu widen tal-problema.

Huwa qal li minn mindu għamel l-ewwel ilment, tilef l-ammont ta’ kemm il-darba ċempel lill-Enemalta u issa lill-kumpanija Arms.

Fl-aħħar xhur kienu numru ta’ persuni li tkellmu ma’ Net News dwar anomaliji fil-kontijiet tad-dawl. Dwar dan in-nuqqas tkellem ukoll bosta drabi l-Partit Nazzjonalista, b’mijiet ta’ persuni laqgħu s-sejħa tal-Partit Nazzjonalista fejn fl-aħħar xhur intlaqgħu l-ilmenti tan-nies dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ċifra li telgħat għal €50 miljun ta’ serq mill-poplu Malti u Għawdxi.

Fid-dawl ta’ dan kollu il-Kap tal-PN Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalsita huwa kommess li joffri s-soluzzjonijiet għal din l-anomalija fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.