Sport Sport Ieħor

Fernandez telimina lil Svitolina filwaqt li Medvedev jagħmilha għas-semifinali

(Ritratt: EPA)

It-tennista ta’ 18-il sena Leylah Fernandez b’mod sorpriża eliminat u għelbet lil Elina Svitolina 6-5 3-6 7-6 fil-kwartifinali tal-Open tal-Istati Uniti biex b’hekk fir-rawnd li jmiss se tkun qed tilgħab kontra Aryna Sabalenka.

Svitolina rnexxielha tirkupra minn 5-2 fit-tielet sett iżda Fernandez kienet fl-aqwa forma biex għelbet lill-istess tennista. Fernandez kienet għelbet ukoll lil Naomi Osaka li hija ċ-champion renjanti ta’ dan it-tournament u issa għelbet ukoll lir-rebbieħa tal-midalja tal-bronż Svitolina biex b’hekk irnexxielha tasal sas-semifinali għall-ewwel darba fil-karriera tagħha.

Fir-rawnd li jmiss, Fernandez se tkun qed tilgħab kontra Sabalenka li hija l-aktar tennista li għand ranking għoli f’dan it-tournament. It-tennista mill-Belarus rebħet il-partita tagħha wara li l-avversarju tagħha weġġgħet waqt il-partita u b’hekk kellha tirtira.

Is-seed numru tnejn, Daniil Medvedev waqqaf il-mixja ta’ Botic van de Zandchulp meta għelbu bl-iskor ta’ 6-3 6-0 4-6 7-5. Fir-rawnd li jmiss, Medvedev se jkun qed jilgħab kontra Felix Auger-Aliassime wara li t-tennista Kanadiż għeleb lil Carlos Alcaraz wara li kellu jirtira f’nofs partita.

Alcaraz sar l-iżgħar tennista li fl-Open tal-Istati Uniti li wasal sa mal-aħħar tmienja tat-tournament wara li għeleb lil Stefanos Tsitsipas.