Futbol Sport

Francesco Flachi se jirritorna għal-logħob wara 12-il sena sospiż

(Ritratt: EPA)

Francesco Flachi eks-player u captain ta’ Sampdoria se jkun qed jirritorna għal-logħob wara 12-il sena sospiż fuq abbuż ta’ droga. Flachi li skorja aktar minn 100 gowl u kien ukoll imsejjaħ mat-tim nazzjonali Taljan fl-2007, kien instab pożittiv għall-kokaina.

Immdejatament, Flachi kien sospiża minn kull attività marbuta mal-futbol għall-sentejn. Wara li rritorna Flachi kien lagħab ma’ Brescia u Empoli fejn sentejn wara kien reġa rriżulta pożittiv għall-kokaina u kien weħel tnax-il sena sospiż fejn din kienet waqfet il-karriera tiegħu.

Minkejja li ma setax jilgħab, Flachi xorta waħda baqa’ nvolut fil-futbol hekk kif mexxa lill-klabbs ta’ Bagno u Ripoli. Flachi se jkun qed jilgħab ma’ Signa 1914, tim fil-ħames diviżjoni tal-futbol Taljan. Flachi li llum għandu 46 se jkun qed jista’ jirritorna għal-logħob minn Frar li ġej.