“Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-ħsibijiet u t-talb tagħhom f’dan il-mument tant diffiċli għalina.”
F’post fuq il-media soċjali, il-familja ta’ Robert Arrigo kitbet li Robert iddaħħal l-Isptar il-Ġimgħa li għadda wara li ħass uġigħ tal-ġebla. Madankollu l-Ħadd l-affarijiet kkumpilaw ruħhom u żviluppatlu infezzjoni kbira fid-demm tant li kellu jiddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Il-familja Arrigo rringrazzjat lit-tobba u lill-infermiera hekk kif m’għadhomx dubju li jinsab taħt idejn tajba.

Il-mara Marina u t-tfal Alan u Andrew għalqu l-messaġġ tagħhom billi rringrazzjaw lil kulħadd tal-ħsibijiet u t-talb tagħhom f’dan il-mument tant diffiċli għalina.
//= $special ?>