Lokali

“Il-Partit Laburista hu kompliċi f’xibka ta’ kriminalita’ organizzata” – Team Start

Ċekk kbir ta’ €200,000 iffirmat minn Yorgen Fenech tħalla barra l-kwartieri tal- Partit Laburista minn Team Start, l-iżgħar fergħa tal-Partit Nazzjonalista

Dan sar biex ifakkar fil-istorja ppublikata l-Ħadd li għadds minn The Sunday Times li kixfet kif kumpanija marbuta mal-Partit Laburista kienet ser tirċievi €200,000 fuq medda ta’ 33 xahar.

Team Start qalet li dan il-Gvern nhux biss falla milli jara li ma jkunx hawn korruzzjoni iżda iffaċilita b’mod attiv u l-Partit Laburista hu kompliċi f’din ix-xibka ta’ kriminalita’ organizzata.

Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ talab lill-kummissarju tal-pulizija sabiex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet dwar l-allegat iffinanzjar tal-Partit Laburista minn Fenech, bi ksur ċar tar-regoli.