Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei.
F’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech kiteb li qed isegwi mill-qrib il-qagħda ta’ Robert Arrigo filwaqt li ħsiebu u talbu jinsabu miegħu.

Robert Arrigo li għandu 66 sena ilu jservi bħala Deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista mill-2003 u bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit mill-2017. Bħalissa huwa għandu ta’ Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-turiżmu
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia f’ismu, u f’isem il-membri kollha tal-Kamra u l-uffiċjali tal-Parlament, awgura fejqan ta’ malajr lid-Deputat Parlamentari Robert Arrigo. Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll awguralu fejqan ta’ malajr.
Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Media.link Communications tawgura fejqan ta’ malajr lil Robert Arrigo.
//= $special ?>