Internazzjonali

Indoneżja: Imutu l-ħabsin qalb in-nirien kbar

Mietu ‘il fuq minn 41 persuna wara li nirien ħakmu kumpless ta’ ħabs iffullat bil-priġunieri viċin ta’ Jakarta.

In-nirien żbruffaw fil-ħabs ta’ Tangerang waqt li l-parti kbira tal-priġuniera kienu reqdin – u bil-gwardjani jiftħu numru ta’ ċellel tal-ħabs qabel kienu kostretti li jaħarbu għal ħajjithom.

Is-sezzjoni tal-ħabs li ġarrbet l-agħar tan-nirien kienet qed iżżomm mal-122 ħabsi u meta suppost li kellha kapaċità biss għal 40. Mifhum ukoll li fost il-vittmi hemm ħabsi mill-Portugall u ħabsi mill-Afrika t’Isfel, b’numru ta’ nies jispiċċaw midruba f’dawn in-nirien.