Lokali

Konrad Mizzi għadu qed jiġi investigat?

X’sar minn Konrad Mizzi… għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija?

Qabel l-elezzjoni tal-2013, Konrad Mizzi tpoġġa fuq quddiem tal-moviment Laburista… meta l-lejber rebaħ l-elezzjoni, Mizzi kien fdat bis-settur tal-enerġija.. umbagħad f’idejh kellu wkoll s-settur tas-saħħa kif ukoll fdawh bl-irwol ta’ Deputat Kap tal-Lejber.

Fl-editorjal tal-Erbgħa tal-Malta Independent, l-editur dar kif meta Joseph Muscat kien Prim Ministru, Konrad Mizzi kellu appoġġ li probabilment l-ebda Ministru ieħor fil-Kabinett ma kellu… Meta l-iskandlu tal-Panama Paper ħareġ fil-beraħ u Mizzi nqabad li fetaħ b’mod sigriet kumpanija mal-Eks Chief of Staff tal-PM Keith Schembri u Egrant.. Muscat kien hemm biex jiddefendihom… turija ċara ta’ kemm dawn it-tlieta jaħdmu flimkien mill-qrib.

Fis-snin tiegħu bħala Ministru, Mizzi kien involut f’serje ta’ kwistjonijiet kontroversjali li Malta għadha titkellem fuqhom sal-lum…. l-akbar tnejn ikunu il-bejgħ tal-isptarijiet kif ukoll il-Montenegro Wind Farm…

Il-popolarita ta’ Mizzi bdiet tonqos meta Muscat ma setax jipproteġih aktar… filfatt Robert Abela għażel li jwarrab lil Mizzi mill-Partit Laburista sitt xhur wara li tela’ Prim Ministru.

L-editorjal tal-Independent ikompli jgħid li Konrad Mizzi huwa wieħed mill-Membri Parlamentari li m’attendewx għas-sessjonijiet tal-Parlament mingħajr ġustifikazzjoni.

U quddiem dan kollu… Konrad Mizzi għadu qed jiġi investigat?