Futbol Sport

L-Ingilterra miżmuma mill-Polonja…l-Italja b’rebħa kbira

(Ritratt: EPA)

L-Ingilterra kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Polonja. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls kien fit-72 minuta meta l-captain Harry Kane b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Pollakk Wojciech Sczensny. B’din ir-rebħa l-Ingilterra baqgħat tiddomina Grupp I fejn minn sitt partiti kisbu punti massimi. Il-pressjoni tal-Polonja sarrfet f’gowl lejn it-tmiem hekk kif tliet minuti mit-tmiem kien Damian Szymanski li b’daqqa ta’ ras tajba għamilhom 1-1.

L-Italja f’darha kisbet rebħa kbira ta’ 5-0 fuq il-Litwanja. Minkejja in-numru ta’ players neqsin fosthom Ciro Immobile u Lorenzo Insigne t-tim imexxi minn Roberto Mancini xorta waħda rnexxielu jikser ir-rekord tal-aktar tim nazzjonali li ilu ma jsofri telfa. Moise Kean fetaħ l-iskor wara 11-il minuta. L-Italja rduppjaw mal-kwarta logħob permezz ta’ awto-gowl ta’ Edgaras Utkus. Giacomo Raspadori fl-24 minuta għamilhom 3-0 filwaqt li Kean skorja t-tieni gowl tiegħu man-nofsiegħa logħob. L-Italja baqgħu dominanti u fl-54 minuta kien Giovanni Di Lorenzo li għamilhom 5-0.

Minn Grupp J, il-Ġermanja kisbu rebħa ta’ 4-0 fuq l-Iżlanda. Serge Gnabry fetaħ l-iskor wara biss 4 minuti filwaqt li Antonio Rudiger għamilhom 2-0 fl-24 minuta. Leroy Sane skorja t-tielet gowl tal-Ġermanja fis-56 minuta. Leon Goretzka kellu gowl imħassar fl-64 minuta filwaqt li Timo Werner skorja l-aħħar gowl għall-Ġermanja lejn it-tmiem.

Illum: Greċja v Żvezja 2-1, Kosovo v Spanja 0-2, Italja v Litwanja 5-0, Iralnda ta’ Fuq v Żvizzera 0-0, Belarus v Belġju 0-1, Wales v Estonja 0-0, Albanija v San Marino 5-0, Ungerija v Andorra 2-1, Polonja v Ingilterra 1-1, Armenja v Liechtenstein 1-1, Iżlanda v Ġermanja 0-4, Maċedonja v Rumanja 0-0