Internazzjonali

Messiku: Pazjenti fi sptar jisfaw vittmi tal-għargħar

Talanqas 17-il pazjent tilfu ħajjithom wara li ħalbiet kbar tax-xita kkaġunaw għargħar, b’konsegwenzi terribbli għal sptar fl-Istat ta’ Hidalgo li jinsab fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Ir-rapporti qalu li l-ilma ta’ xmara faqgħet l-art u bir-riżultat li nqatgħet il-provvista tad-dawl għall-isptar li tinsab fil-belt ta’ Tula. Uħud mill-vittmi kienu pazjenti morda bil-Covid-19 u li kienu qed jingħataw it-terapija bl-ossiġinu. Sadanittant, spiċċaw evakwati għexieren ta’ pazjenti mill-isptar u meta l-awtoritajiet tal-Istat kienu qed jikkoordinaw l-impenji ta’ emerġenza fiz-zoni affettwati.