Lokali

Raġel imfittex mill-Pulizija biex jidher fil-Qorti

Il-Pulizija qed tfittex persuna bl-isem ta’ Robert Iosif Galambos fuq ordni tal-Qorti.

Fi stqarrija, il-Pulizija staqsiet għall-għajnuna biex jinstab il-persuna fir-ritratt li jidher hawn fuq. Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ Facebook Messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119.