Lokali

Robert Abela jibqa’ ma jiċħadx lil Joseph Muscat

Jekk Robert Abela tassew irid li jimxi ‘l quddiem, irid jiċħad lil Joseph Muscat, u jgħid li Muscat m’għadux jirrapreżenta lill-Partit…

Hekk qal l-editorjal tat-Times of Malta tal-Erbgħa dwar kif Robert Abela għadu ma ħa l-ebda azzjoni fil-konfront ta’ Joseph Muscat, hekk kif Abela għadu sal-lum, ma ċaħadx lil dak ta’ qablu.

L-Editorjal kompla li Joseph Muscat qed juri kontinwament li hu biss jinteressah minnu nnifsu, u b’azzjonitu ma ħarisx l-interessi tal-Partit Laburista.

It-Times kompliet li meta wieħed jitkellem fuq kontinwità, Abela jrid jgħid eżatt xi jfisser… fejn f’intervista Muscat kien qal li ma jeskludix li jerġa’ joħroġ għall-politika. Messaġġ ċar minn Muscat lejn it-tmexxija preżenti tal-Lejbor… li hu għadu b’saħħtu, u għad għandu appoġġ qawwi fil-Partit Laburista.

Abela għandu juri biċ-ċar li hu issa qed imexxi l-Partit Laburista… u li l-kapitlu ta’ Muscat irid jingħalaq… u jrid jagħmilha ċara li dan l-episodju għadda. L-editorjal għalaq billi tenna li Abela m’għandux ikun ir-riflessjoni tal-predeċessur ta’ qablu.