Internazzjonali

Russja: Inċident fatali għall-Ministru tal-Emerġenzi

Il-Ministru Russu għall-Emerġenzi, Yevgeny Zinichev, tilef ħajtu waqt li kien għaddej eżerċizzju tad-difiża ċivili fir-reġjun tal-Artiku.

Ir-rapporti qalu li l-Ministru miet waqt li kien qed jipprova jsalva cameraman li waqa mill-irdum għal ġol-baħar meta kienet għaddejja intervista ma’ Zinichev fuq il-post. L-inċident seħħ f’riserva naturali fin-naħa ta’ fuq tas-Siberja u xi 165 kilometru lejn il-punent ta’ Norilsk.

Intant, il-camerman ukoll spiċċa jitlef ħajtu fl-inċident. Yevgeny Zinichev kien ilu Ministru għall-Emerġenzi mill-2018 u kien għamel żmien ukoll bħala membru tas-sigurtà madwar il-President tar-Russja Vladimir Putin.