Jekk dak li qed jiġi propost jiġi fis-seħħ se jkollna mhux biss sfreġju ambjentali iżda problema akbar għar-residenti tal-Imgarr …kawża tal-ilma tax-xita.
Dan kien il-ħsieb li qasam magħna bidwi fid-dawl tal-aħbar li fl-Imġarr qed jiġi propost li jsir solar farm ta’ 40,000 metru kwadru. Huwa saħaq li konsegwenza ta’ dan, l-ilma tax-xita kollu kemm hu se jkun qiegħed jispiċċa fi Triq San Pietru għad-detriment tat-Tempji ta’ Ħaġrat, tempji protetti mill-UNESCO.
Filmati mibgħuta lil Net News urew x’seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bid-daqsxejn xita li għamlet…bir-residenti jitħassbu x’jista jsir ladarba il-proġett tas-solar farms isiru.
Huwa saħaq li fl-iscreening stage qed tiġi proposta ġiebja… liema ġiebja hija żgħira wisq għal ilma li jinżel minn dawn l-għelieqi.
Fl-Imġarr, fl-Akwati tar-Radd biswit l-għelieqi għammiela, qed jiġi propost li jsir solar farm ta’ 40,000 metru kwadru li jbiddel darba għal dejjem il-kampanja ta’ dan ir-raħal pittoresk. Dan li qed jiġi ppropost hu theddida ċara, mhux biss għall-ammont ta’ art li huwa ppajant li tittieħed ekwivalenti għal sitt grawnds tal-futbol, iżda wkoll theddida għall-biodiversità.
//= $special ?>