Internazzjonali

Terremot qawwi fil-Messiku

Terremot qawwi laqat il-Lbiċ tal-Messiku tard nhar it-Tlieta fil-għaxija.

L-istħarriġ Ġeoloġiku ta’ L-Istati Uniti qal li terremot kejjel 7.0 fuq l-iskala richter, laqat 2.5mili fil-lvant ta’ Los Organos de San Agostin, madwar tmien mili l’bogħod mill-bajja ta’ Acupulco.

Fil-belt ta’ Messiku setgħaw jinstemgħu alarms ftit qabel seħħ it-terremot.

Il-President Andres Manuel Lopez Obrador , kif ukoll is-Sindku Claudia Sheinbaum qalu li ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ ħsarat kbar, ħlief xi ħsarat fl-elettriku.