Fi tmiem il-ġimgħa, tmien players Brażiljani se jitwaqqfu milli jilagħbu fil-Premier League fi tmiem il-ġimgħa wara li l-awtoritajiet tal-futbol Brażiljani se jwaqqfuhom milli jilagħbu. It-timijiet ta’ Liverpool, Manchester City, Manchester United, Chelsea u Leeds United kollha se jkunu affetwati minn din id-deċiżjoni.
Player li ma jkunu tħallew biex jilagħbu f’partiti internazzjonali, jistgħu jkunu sospiżi milli jilagħbu għall-ħames t’ijiem ta’ wara skond ir-regoli tal-FIFA. Il-Brażil, waqqfet il-players tal-Premier League milli jilagħbu għal pajjiżhom, jekk il-players ikunu ġejjin minn pajjiżi li qegħdin fuq il-lista l-ħamra. Skond ir-regoli tal-kwaratnina tal-Ingilterra, players li vjaġġaw lejn pajjiżi fuq il-lista l-ħamra jridu jagħmlu 10 t’ijiem fi kwarantina obbligatorja.
Aktar kmieni, il-President tal-FIFA Gianni Infantino talab lill-Gvern Ingliż biex iwaqqaf din ir-regola fil-konfront tal-players hekk kif qed tagħmilha diffiċli biex dawn jivajaġġaw lejn pajjiżi fuq il-lista l-ħamra biex jilagħbu partiti internazzjonali.
//= $special ?>