Raġel ta’ 58 sena u mara ta’ 56 sena sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida, Birkirkara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Ford Ka, misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara, u Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara. Fil-karozza flimkien mas-sewwieq ta’ 58 sena kien hemm passiġġiera mara ta’ 56 sena residenti San Ġiljan.
Ir-raġel ta’ 58 sena u l-mara ta’ 56 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huma kienu ċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
