Lokali

86% tal-Maltin jgħidu li l-ħajja għoliet

86% tan-nies li pparteċipaw fi stħarriġ tal-MISCO dwar il-livell tal-għajxien saħqu li fl-aħħar 3 snin l-ħajja għolitilhom…b’1% biss jghidu li l-ħajja raħset. Dan filwaqt li meta ġew mistoqsija x’inhi l-problema ewlenija li qed iħabbtu wiċċhom magħha bhalissa…26% saħqu li hija indubjament l-għoli tal-ħajja.

Din hija r-realtà li l-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jgħix ta’ kuljum taħt Gvern Laburista li, minkejja r-retorika partiġġjana sabiħa ta’ dak il-Partit suppost soċjalista mmexxi minn Robert Abela, iċ-ċittadini qed jgħixu ħajja ferm differenti. Dan hekk kif 59% tal-Maltin qed jghidu li mhux komdi finanzjarjament daqskemm jixtiequ.

Mistoqsija minn Net News dwar dan, il-Ministru Laburista Miriam Dalli saħqet li l-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja tinteressa lill-Gvern. Izda xejn aktar minn hekk.

Madanakollu, 65% tan-nisa insistew li fl-aħħar 3 snin ma kienux qed jgħixu b’mod komdu bil-flus daqskemm jixtiequ…b’20% tal-parteċipanti saħansitra jgħidu li qed jaqilgħu inqas flus…u 19% oħra jisħqu li l-livell ta’ għajxien tagħhom mar għall-agħar.

Iżda meta kienet mistoqsija x’soluzzjoni konkreta qed joffri l-Gvern ta’ Robert Abela, il-Ministru Dalli insistiet li l-Gvern innifsu huwa s-soluzzjoni…u li jekk ma jogħġbokx mhux problema tagħha.

Net News tkellem ukoll mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise u eks Kap tal-Komunikazzjoni f’Kastilja tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Kurt Farrugia.

Mistoqsi kif qed taffettwah l-għoli tal-ħajja, ir-raġel li fil-pożizzjoni li nħatar fiha qed idaħħal mal-€500 kuljum, saħaq li l-livell tal-ħajja tal-maġġoranza qiegħed tajjeb ħafna.

Madanakollu meta kien iffaċċjat bl-istatistika tal-istħarriġ tal-MISCO fosthom li 69% tal-pensjonanti m’humiex kuntenti daqskemm jixtiequ…Kurt Farrugia farfar b’dan il-mod.

Tags