Sport Sport Ieħor

Djokovic fis-semifinali tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

It-tennista Serb Novak Djokovic jinsab fi triqtu li jirbaħ l-ebra’ Grand Slams hekk kif avvanza għas-semifinali tal-Open tal-Istati Uniti wara li għeleb lil Matteo Berrettini 5-7 6-2 6-2 6-3.

Fis-semifinali, Djokovic se jkun qed jilgħab kontra ċ-champion Olimpiku Alexander Zverev wara li għeleb lil Lloyd Harris. Zverev li fis-semifinali tal-Olimpjadi għeleb lil Djokovic qal li ħass li hu kien l-ewwel tennista li rnexxielu jegħleb lil Djokovic f’partita daqshekk importanti.

Matul din is-sena, Djokovic diġa rebaħ l-Open tal-Awstralja, l-Open ta’ Franza u Wimbledon.