Atletika Sport

Francine Niyonsaba tirbaħ il-finali tal-5,000 metru

(Ritratt: EPA)

Fi Zurich l-ewwel ġurnata ta’ finali tad-Diamond League tal-atletika fil-finali tal-5000 metru tan-nisa suċċess għal FRANCINE NIYONSABA tal-Burundi. Suċċess meritat għal Niyonsaba wara d-diżappunt tal-iskwalifika fil-finali tal-Olimpijadi. Niyonsaba li fl-2018 qalbet minn 800 metru għal 5000 metru wara successi li kellha f’Olimpijadi u Kampjonati tad-Dinja,għamlet id-distanza f’14 il-minuta 28.98 sekondi.

Fil-finali tas-shot put, kif kien mistenni suċċess għal RYAN CROUSER tal-Istati Uniti fir-rebħ tal-ewwel Diamond League tiegħu. Crouser rebaħ b’tefgħa ta’ 22.67 metri b’Joe Kovacs tal-Istati Uniti fit-tieni post.

Fil-finali tal-5000 metru tal-irgiel suċċess għal BERIKU AREGAWI tal-Etjopja li għad għandu biss 20 sena. Aregawi għamel id-distanza fi 12 il-minuta 58,65 sekondi.