Sport Sport Ieħor

Il-Korea ta’ Fuq sospiżi mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel laqgħa mal-media internazzjonali wara l-Olimpijadi u Parolimpijadi ta’ Tokjo, f’Lausanne, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach kellu kliem iebes fil-konfront tal-Kumitat Olimpiku tal-Korea ta’ Fuq li kienu l-uniku pajjiż mhux preżenti f’Tokjo. Thomas Bach ħabbar wkoll li l-Korea ta’Fuq ġew sospiżi sal-31 ta’ Dicembru 2022 li jfisser li mhux se jkunu eliġibbli li jieħdu sehem fl-Olimpijadi tax-Xitwa f’Beijing fl-2022 Madankollu jekk ikun hemm xi atleta mill-Korea ta’ Fuq li jikseb kwalifika il-Kumitat Ezekuttiv jista jikkonsidra dwar parteċipazzjoni individwali.