Kultura Lokali

Il-Ministru tal-Kultura jiddefendi l-lingwaġġ ta’ Jason Micallef

Skont il-Ministru tal-Arti u l-Kultura, li persuna f’kariga għolja f’pajjiżna tgħajjar lil grupp żgħażagħ li qed jipprotestaw hija ‘libertà tal-espressjoni’.

Il-Ministru Jose Herrera l-ewwel prova jiżgiċċa milli jwieġeb billi qal li ma kienx ra x’kien kiteb Jason Micallef… għax kien bil-leave.

Iżda l-Ministru xorta spiċċa jipprova jiddefendi liċ-Chairperson tal-Valletta Cultural Agency, li ghadu wkoll Chairperson tal-Media Laburista.

“NATURALMENT KULĦADD GĦANDU L-ISTIL TIEGĦU U DAN HU PAJJIŻ FEJN HAWN IL-FREEDOM OF EXPRESSION

Fl-istess nifs, il-Ministru wera’ li ma riedx jispiċċa jkollu jġorr hu ir-responsabbiltà għall-kliem ta’ Jason Micallef,u farfar ghal kollox minn fuqu billi qal li mhux postu jerfa’ r-responsabbiltà ta’ Jason Micallef.

Il-Ministru tant kien skomdu jjikkundanna kliem Micallef – li mhux l-ewwel darba li uża tgħajjir fil-konfront ta’ min idejqu – illi spicca ħarab ‘l hemm.

Jason Micallef, fl-aħħar sigħat uża l-media soċjali tiegħu biex jattakka lil żgħazagħ li l-unika ħaġa li għamlu kienet li marru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u waħħlu immaġni ta’ ċekk ta’ mitejn elf ewro pagabbli lill-Partit Laburista b’firma ta’ Yorgen Fenech.

Il-żgħażagħ mill-fergħa tal-Partit Nazzjonalista Team Start kienu qed ifakkru kif kumpanija li kienet tuża l-istess indirizz tal-Partit Laburista fasslet abbozz ta’ ftehim ta’ konsulenza li kellu jwassal biex tirċievi sa €200,000 mingħand is-sid ta’ 17 Black, Yorgen Fenech – f’dak li seta’ kien attentat biex jaħbi l-finanzjament ta’ Fenech lill-Partit Laburista.

Fenech jinsab akkużat b’kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li hi wkoll kemm-il darba kienet vittma tal-istess Jason Micallef anke wara mewta.