Internazzjonali

Ir-Renju Unit se jinfurza l-pushback għal dgħajjes minn Franza

Tfaqqa’ kontroversja ġdida bejn ir-Renju Unit u Franza, hekk kif il-Gvern ta’ Boris Johnson se jkun qed jinforza miżura biex jibgħat lura lill-immigranti li jipprovaw jaqsmu l-fliegu bejn iż-żewġ pajjiżi.

Uffiċjali Ingliżi qed jgħidu li d-dgħajjes tal-immigranti se jibdew jiddawwru lura lejn Franza. Dan wara li l-laqgħat tal-Erbgħa ma wasslu għall-ebda soluzzjoni fattibbli.

Kif wieħed kien jistenna, il-kritika mill-Unjoni Ewropea lejn Londra kienet waħda qawwija, bil-Gvern Ingliż iwieġeb li dawn it-tattiċi se jintużaw biss f’ċirkustanzi partikolari.