Lokali

L-aħħar tislima lil Catherine Farrugia fil-Bażilika tal-Mosta

Dalgħodu fis-Santwarju Bażilika ta’ Santa Marija fil-Mosta ingħatat l-aħħar tislima lil Catherine Farrugia, omm l-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia.

L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia – Ritratt Martin Agius

Il-funzjoni tmexxiet mill-Arċipriet tal-Mosta Dun Sebastian Caruana li tkellem dwar l-għożża li biha Catherine rabbiet il-ħamest itfal tagħha u l-mod kif għexet il-fidi tagħha b’mod konkret fil-ħajja tagħha ta’ kuljum.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u martu AnneMarie jsellmu lil Catherina Farrugia – Ritratt Martin Agius

Sabiex isellmu lil Catherine Farrugia u b’solidarjetà u b’turija ta’ rispett lejn l-ispeaker, kienu preżenti l-biċċa l-kbira tad-deputati miż-żewġ naħat tal-kamra, fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, Deputati u għadd ta’ uffiċjali oħra tal-Partit Nazzjonalista.