Edukazzjoni Lokali

“L-istudenti Universitarji m’għandhomx jiġu injorati” – Il-KSU jitlob linji gwida ċari mill-Gvern

Ritratt: Sky News

“L-istudenti Universitarji m’għandhomx jibqgħu jiġu injorati u mbuttati fl-aħħar tal-lista kif donnu qed jiġri dejjem”.

Hekk tgħid stqarrija tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) li qed jitlob linji gwida ċari minn naħa tal-Gvern u tal-awtoritajiet tas-Saħħa f’dak li għandu x’jaqsam mal-Università u t-tagħlim f’din l-istituzzjoni fix-xhur li ġejjin.

Sa issa, jgħid il-KSU, il-Ministru tal-Edukazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq x’se tkun is-sitwazzjoni fl-Università din is-sena, minkejja l-konferenza tal-aħbarijiet li sejħet nhar it-Tlieta.

Il-Kunsill filfatt jirreferi għal din il-konferenza u jgħid li din nesiet għal kollox lill-istudenti tal-Università.

Studenti Universitarji tħallew totalment fid-dlam bi kważi l-ebda direzzjoni dwar kif se ssir it-tranżizzjoni mill-ġdid lejn tgħalim hybrid. Huma insistew li l-maġġoranza tal-popolazzjoni hima mlaqqma u ħafna restrizzjonijiet tneħħew imma l-isutdenti tal-Università jibqgħu ma jafux x’se jiġri minn Ottubru.