Lokali

Mara titlef ħajjitha wara li ttajjret minn mutur fil-Gżira

Mara li l-identita’ tagħha għad mhux magħrufa, tilef ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu fil-Gżira.

L-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-2:15am meta il-mara ittajjret minn mutur tal-għamla Kymco misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Membri tal-Pulizija u tim mediku waslu fil-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament, il-mara ġiet ċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Fil-post – biswit il-ġnien tal-Gżira – waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima fetħet inkjesta u ħatret numru ta’ esperti. Il-Pulizija qed tinvestiga.