Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel Sirjan ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun weġġa’ gravi wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fl-istess lokalita.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10a.m. ta’ filgħodu fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.