L-atleta Ġamajkan ta’ 35 sena Usain Bolt qal li issa huwa tard wisq biex jirritorna jikkompeti fl-atletika hekk kif l-unika ċans li kien għada fadallu jagħmel dan kien fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.
Bolt iżda stqarr li xorta waħda għadu jixtieq li jirritorna għall-isport minkejja li rtira fl-2017. Usain Bolt qal li meta kien ħa d-deċiżjoni li jirtira, l-kowċ tiegħu qallu li la darba jirtira tkun diffiċli li jirritorna. L-atleta li rebaħ numru ta’ midalji tad-deheb u jżomm ir-rekord fil-100 metru, 200 metru u l-4×100 metru qal li kien tħajjar jikkompeti fl-Olimpjadi ta’ Tokjo u kien tkellem mal-kowċ tiegħu biex jagħmel dan fl-2019, iżda l-istess kowċ kien ħassarlu dawn il-pjanijiet.
Bolt tkellem ukoll dwar ir-rivalità li teżisti bejn l-atleti Ġamajkani, Shelly-Ann Fraser Pryce u Elaine Thompson-Herah, fejn li li dan jista’ jwassal biex waħda mill-atleti tikser ir-rekords fil-100 metru jew l-200 metru, liema rekords huma miżmuma minn Florence Griffith Joyner.
Usain Bolt li huwa wkoll partitarju ta’ Manchester United iddeskriva lil Cristiano Ronaldo bħala magna u jinsab ħerqan ferm biex għat-tieni darba fil-karriera jarah jiddebutta mar-Red Devils.
//= $special ?>