Futbol Sport

Bidu tajjeb għal Żejtun

Chris Cassar

Zejtun C ……… 3

Lija A…….……. 1

Zejtun C: C. Cassar, D. Agius, C. Borg, J. Gonclaves, R. Sgaria Farias, C. Grech, G. Bugeja, C. Da Silva Barbosa, C. Degabriele, D. Xuereb, J. Farrugia.

Lija A: L. Bonnici, L. Muscat, D. Scerri, J.P. Oliveira Santos, B. Farrugia, C. Vella, C. Giordimaina, P. Gusso, L. Micallef, A. Borg, R. Do Nascimento.

Referee: Glen Tonna

Fl-ewwel logħba taċ-Challenge league, Żejtun kellhom bidu tajjeb meta għelbu b’mod konvinċenti lil Lija f’konfront dirett bejn żewġ timijiet relegati mill-Kampjonat Premier.Żejtun dehru aħjar fl-ewwel taqsima u kellhom kontroll tal-logħba fejn fis-17-il minuta kienu wkoll sfortunati meta xutt mill-viċin ta’ Gonclaves stampa mal-mimduda. Il-gowl tal-vantaġġ meritat għal Żejtun wasal fit-33 minuta meta David Xuereb skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Erba’ minuti wara Żejtun irduppjaw b’azzjoni veloċi fuq ix-xellug ta’ Sgaria Farias u kross lejn Barbosa li spara fis-saqaf tax-xibka. Lija issa dehru f’diffikulta fejn Żejtun rebħu diversi korners ifittxu t-tielet gowl.Iżda fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Lija daħlu mill-ġdid fil-logħba meta minn azzjoni ta’ korner kien Leon Muscat li skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Fit-tieni taqsima Lija ħarġu jfittxu l-gowl tad-dro iżda kienu kastigati fis-57 minuta meta f’azzjoni ta’ kontrattakk Cloth Gonclaves avanza u skorja b’xutt fil-baxx. Għaxar minuti wara Żejtun setgħu skorjaw ir-raba’ gowl meta ngħataw penalty dubjuż wara kuntatt bejn Leon Muscat u Barbosa, iżda Luke Bonnici salva l-penalty mogħti minn Gonclaves.

Tarxien jumiljaw lil Senglea

Senglea A. …………. 1

Tarxien R. …………… 6

Senglea A: J. Pisani, J. Sultana, E. Tawiah, M. Zarb, A. Tenorio, R. Dalli, O. Magro, L. Mancuso, C. Sammut, N. Grech, R. Tanti

Tarxien R: J. Borg, C. Conceicao Filho, R. Grech, M. Spiteri, D. Falzon, K. Cutajar, B. Muscat, S. Nanapere, M. Tabone, T. Nonato, R. Silva Faria.

Referee: Daniel Casha

Din il-logħba bejn iż-żewġ timijiet l-oħra li niżlu mill-Premier kienet mistennija li tkun ferm iktar bilanċjata, iżda fir-realta’ din il-logħba kienet għal kollox dominata minn Tarxien li skorjaw kemm u x’ħin riedu kontra avversarji li dehru ferm fjakki u mingħajr ħeġġa. Wara appena tliet minuti Tarxien fil-vantaġġ b’azzjoni ta’ Faria fuq il-lemin u kross preċiż lejn Darren Falzon li minn qagħda tajba b’daqqa ta’ ras sab ix-xibka. Il-logħba kompliet ferm movimentata biż-żewġ naħat juru logħob sabiħ.

Fil-21 minuta Tarxien irduppjaw b’azzjoni ta’ Matthew Spiteri li qassam lejn Silva Faria li mill-viċin spara fis-saqaf tax-xibka. Tarxien issa bdew jagħmlu li jridu bl-avversarji bid-difiża ta’ Senglea f’diffikulta kbira. Fit-30 minuta Tarxien skorjaw it-tielet gowl meta minn azzjoni ta’ korner il-goalkeeper ta’ Senglea wettaq żewġ saves diffiċli iżda ma seta’ jagħmel xejn fuq it-tielet daqqa ta’ ras tal-captain Matthew Tabone bil-ballun jispiċċ fix-xibka.

Erba’ minuti wara b’Senglea kompletament rassenjati wasal ujkoll ir-raba’ gowl, b’azzjoni mill-isbaħ bejn Nonato u Faria b’dan ta’ l-aħħar iqabbeż il-ballun minn fuq Pisani li kien ħiereġ biex jagħlaq l-angolu. Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima l-iskor kompla jikber b’azzjoni ta’ Faria li qassam lejn Nanapere li minn qagħda ferm angolata sab ix-xibka. Wara dan il-gowl Tarxien naqqsu ħafna mir-ritmu biex fit-82 minuta konsolazzjoni għal Senglea meta s-sostitut Larsson Mallia skorja minn penalty wara fawl fuq l-istess Mallia.

Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud Tarxien għaqqdu n-nofs tużżana meta Nonatao skorja minn penalty.