“Is-sectoral agreement, il-Gvern ilna 9 snin… minflok għamilna progress… għamilna rigress”
Hekk stqarr ma’ Net News, il-President tal-MUMN Paul Pace wara li l-Gvern bgħat stqarrija biex jitfa’ t-tort fuq l-MUMN ghall-azzjoni industrijali maħruġa minnhom – fejn jistghu jiġu affetwati xi operazzjonijiet u li dawn jiġu posposti.
Ma’ dan l-istazzjon, Paul Pace qal li d-diskussjonijiet dwar il-ftehim settorjali ilhom għaddejjin aktar minn 9 xhur…. bil-Gvern ma jridx jilħaq kompromess. Bil-President tal-MUMN jghid li l-Gvern mhux joħroġ bi proposti effettivi
Apparti s-sitwazzjoni ta’ dawn l-agreements, Paul Pace saħaq li hemm nuqqas kbir ta’ dental sterile technitions, phlebotomist u dicontamination sterilisation technition… tant li qed jispiċċaw jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol il-carers, b’riżultat li jitfgħu saħħet in-nies f’periklu. U minkejja li fl-istqarrija tiegħu, il-Ministeru tas-Saħħa saħaq li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Ministeru u l-MUMN… Paul Pace ikkonferma ma’ Net News li huma lesti li jiltaqgħu mal-Ministeru, iżda bħalissa m’hemm l-ebda laqgħa skedata bejn it-tnejn.
//= $special ?>