Lokali

Il-Gvern Laburista bl-ebda soluzzjoni għall-problema tal-għoli tal-ħajja

Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed joħroġ fid-deher il-piż li l-għoli tal-ħajja qed ikompli jitfa’ piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin.

Iżda quddiem din il-problema, l-Gvern Laburista jidher li m’għandu ebda soluzzjoni.  Bil-Ministru Jose Herrera ma kellu ebda tweġiba x’jagħtina ghad-domandi li għamilnielu dwar din is-sitwazzjoni li qed tolqot lil kulħadd.

Wara li ghall-ewwel ma weġibx, l-istess Ministru spiċċa ammetta li diversi nies tkellmu miegħu dwar il-problemi li jeżistu…. u allura bla dubju li tkellmu miegħu wkoll dwar l-għoli tal-ħajja.

Il-pjaga tal-għoli tal-ħajja qed tħalli l-impatt tagħha fuq diversi ħaddiema u anke pensjonanti li qed ibatu biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar minħabba pensjonijiet baxxi u kirjiet għoljin. Apparti dan, l-anzjani qed ikomplu jħossu l-piż taż-żieda fil-prezzijiet tal-affarijiet essenzjali li wieħed juża ta’ kuljum.

Il-piż li qed iħossu diversi familji, ħaddiema u anzjani qed jiġi rifless anke fl-iktar statistika riċenti ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika… ċifri li kkonfermaw l-għafsa tal-prezzijiet u l-pressjoni li ġejja mill-għoli tal-ħajja – inflazzjoni li qed tkompli tikber xahar wara l-ieħor.

Ikkummenta