Ekonomija Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tfaħħar il-proposti tal-PN u tappella għal ħidma konġunta

Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret il-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista sabiex ikun hemm għajnuna konkreta u finanzjarja għall-industrija lokali.

Bħala l-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-aħjar lill-importaturi, lill-manifatturi, lid-distributuri u diversi setturi oħra, tilqa’ l-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista. Il-Kamra qalet li filwaqt li dawn il-proposti huma ta’ serħan il-moħħ, xorta għad fadal iktar xi jsir. Il-President ta’ The Malta Chamber Marisa Xuereb qalet li l-fond jikkumpensa biss frazzjoni tal-iżvantaġġi sinifikanti li qed iġorru n-negozji li qed ikunu riflessi fi spiża kerha għall-ekonomija lokali.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li dan huwa l-ewwel pass effettiv biex ikunu indirizzati l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-operaturi. Dawn il-proposti għandhom ikunu kkumplimentati b’mżuri supplimentari li jindirizzaw spejjeż lokali.

The Malta Chamber appellat kemm lill-Oppożizzjoni kif ukoll lill-Gvern sabiex jingħaqdu flimkien u jaħdmu b’mod effettiv u jirrakomandaw il-qafas strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-gżejjer Maltin.