Lokali

Il-Kamra tal-SME’s ukoll tappoġġja l-proposti tal-PN

Il-Malta Chamber of SME’s ukoll laqgħet b’sodisfazzjon il-proposti li ressaq illum il-Partit Nazzjonalista… ptoposti li jindirizzaw l-insularità u l-limtazzjoni tas-suq Malti. Filfatt il-Kamra tal-SME’s diġà ppreżentat il-proposti tagħha gall-Budget li jmiss… proposti li jindirizzaw din il-problema serja.

Il-Kamra tal-SME’s ilha tenfasizza dwar il-problema kbira li għandhom in-negozji Maltin biex jikkompetu barra minn xtutna kif ukoll f’pajjiżna stess minħabba x-xiri online. Id-dgħjufija biex wieħed ikun kompetittiv mal-prezzijiet hija riżultat tal-livell għoli ta’ spejjeż addizzjonali tat-trasportli għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-Kamra kompliet tgħid li l-ekonomija ta’ Malta għandha numru ta’ żvantaġġi peress li hia ekonomija żgħira li tagħmel merkanzija li tidħol f’pajjiżna ferm aktar għalja minn dik ta’ kull pajjiż ieħor.

L-ekonomija ta ’Malta għandha numru ta’ żvantaġġi, billi hija ekonomija żgħira tal-gżejjer, li tagħmel il-merkanzija
li tidħol f’Malta ferm iktar għalja minn dik f’kull pajjiż ieħor.