Bit-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa tal-Marsa huma skedati li jibdew fid-19 ta’ Settembru, jidher li s-sidien taż-żwiemel għadhom fl-għama dwar dan hekk kif il-kitbiet biex wieħed jirreġistra ż-żiemel tiegħu għadhom ma fetħux.
Oriġinarjament, l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel kellu jibda fil-5 ta’ Settembru iżda wara ħafna appelli mis-sidien taż-żwiemel, din id-data tmexxiet għad-19 ta’ Settembru minħabba li kienu għadhom ma saru l-ebda perparamenti u anke għaliex il-kwalità tar-ramel li qed hemm fil-korsa bħalissa m’huwiex ta’ kwalità tajba minħabba li ntuża għal numru ta’ tlielaq.
Fl-aħħar jiem numru ta’ sidien ta’ żwiemel talbu lil Malta Racing Club u lill-awtoritajiet konċernati biex jingħataw data speċifika dwar meta se jibda l-istaġun hekk kif dawn is-sidien iridu jippreparaw iż-żwiemel tagħhom.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli f’messaġġ fuq Facebook kiteb dwar il-problemi li dawn is-sidien qed jaffaċċjaw u staqsu wkoll numru ta’ mistoqsijiet li qed jistaqsu s-sidien ta’ żwiemel.
//= $special ?>