Futbol Sport

Jerome Boateng jinstab ħati li agredixxa lis-sieħba tiegħu

Il-plejer internazzjonali Ġermaniż Jerome Boateng nstab ħati li agredixxa lis-sieħba tiegħu u kien ordnat iħallas €1.8miljun. Madanakollu hu ċaħad li kkawża ġrieħi lil omm uliedu, waqt vaganza fl-2018. Taħt il-liġi tal-vjolenza Ġermaniża Boateng seta’ weħel sa massimu ta’ ħames snin priġunerija, bl-eks sieħba tiegħu tgħid li Boateng agredixxijha u ħalliha bla nifs għal xi ħin. Sadanittant, eks sieħba oħra ta’ Boateng, Kasia Lenhardt, ta’ 25 sena, ħadet ruħha b’idejha fi Frar li għadda.