Lokali

Kastilja ħbiet il-pittura ta’ Joseph Muscat

Fl-aħħar sigħat wasal f’pajjiżna il-Prim Ministru Libjan Abdulhamid Dbeibeh – żjara li fi tmiemha, il-ġurnalisti ma tħallewx jistaqsu mistoqsijiet; la lilu u lanqas lil Prim Ministru Malti Robert Abela.

Wara din iż-żjara, kienu bosta l-ġurnalisti li riedu jistaqsu fejn jinsab Neville Gafa…l-istess persuna li kien involut f’diversi kontroversji tal-immigranti, u l-allegat ‘racket’ ta’ Visas Mediċi.

Net News ried jistaqsi x’sar minnu Neville Gafa; il-konsulent li kien iservi bħala pedina tal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri.

Bil-Prim Ministru Robert Abela quddiemna… fl-ebda ħin ma tħallejna nagħmlu d-domandi tagħna.

Intant, dan kien ukoll l-ewwel ċans għall-ġurnalisti sabiex setgħu josservaw il-pittura tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat li tpoġġiet bil-moħbi f’Kastilja… wara li din twaħħle fejn hemm il-pitturi tal-Prim Ministri Maltin, mingħajr attività jew forma ta’ stqarrija.

Il-pittura hija ta’ Patrick Dalli illi sejjaħ lil Muscat bħala “Missier Malta Moderna” – mossa ohra li tikkonferma kif Abela jrid izomm il-kontinwita mal-predecessur tieghu.