Lokali

“Kull persuna għandha d-dinjità tagħha” – Bernard Grech

“Kull persuna għandha dinjità u drittijiet. Ħadd m’għandu jippreġudika lill-ħaddieħor għax kulħadd ħaqqu li jħobb u jkun maħbub”.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fix-xahar meta tiġi organizzata l-pride march f’Malta.

Għal din l-okkażjoni d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista nxtegħlet bl-ilwien li jirrappreżentaw il-komunità LGBITQ.