Lokali

L-iskeda l-ġdida ta’ Net TV u Net FM se tibda mis-27 ta’ Settembru

L-iskeda l-ġdida ta’ Net Television u Net FM se tibda mit-Tnejn 27 ta’ Settembru – skeda li żgur se tolqot il-gosti ta’ kulħadd. Din l-iskeda se toffri programmi li jvarjaw minn ġrajjiet kurrenti, diskusjoni, divertiment u anke drama, fost l-oħrajn.

Il-Kamra tal-Aħbarijiet, għal sena oħra, flimkien ma’ Net News se tkompli bil-programmi NET Live u NEWSROOM.

Se jirritorna l-programm Net AM din id-darba fuq Net Television u Net FM fl-istess ħin, mis-7am sa-9am mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

L-iskeda l-ġdida se ġġib magħha żieda fl-għadd ta’ programmi ta’ diskussjoni u intervisti, fosthom Kontrakurrent, Polis filwaqt li jkompli jixxandar il-programm Magħkom.

Għad-dilettanti tal-isport, jirritornaw Replay, Replay Live Score, Replay Preview u Sport Extra, kif ukoll jirritorna Replay Ikompli u Mhux Premier Biss fuq Net FM.

Ma tonqosx id-drama – minn Settembru, jibda ‘Ulied il-Lejl’ – dram b’direzzjoni ta’ Charles Stroud li hu bbażat fuq in-novelli ta’ Charles Micallef St. John. Minn Jannar, jibda jixxandar is-serje Feliċi.

Matul il-ġimgħa, il-ġurnata hi mimlija b’diversi programmi li jolqtu lill-familja kollha, fosthom bil-programmi Bejnietna u hashtag Kikkra Te u Frekwenzi.. għat-tfal, il-programm Missio Tfal. Jirritornaw il-programm Flusek u jibdew il-programmi Il-Vjaġġ it-Tajjeb, Nisa ta’ Suċċess, Chernobyl, Nomadi u Imbarazzanti.

Tmiem il-ġimgħa wkoll hu mimli bi programmi ta’ divertiment għall-gosti tal-familja kollha … fosthom il-programmi Family Affair, The Entertainers, JIENINT, Meander Arti u Kultura, Jekk Jogħġobkom, Ara Min Mar!, Mir-Refittorju u Għand il-Vegan.

Għal sena oħra – skeda mimlija bi programmi ta’ interess għal kulħadd – Fejn wieħed jista’ jirrilassa u jsegwi l-għażla wiesgħa ta’ programmi. U min ma jkunx jista’ jsegwi l-programm favorit tiegħu waqt li jkun qed jixxandar, ikun jista’ jarah minn fuq is-sit netondemand.mt.