: Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden u l-President taċ-Ċina, Xi Jinping, tkellmu bejniethom għall-ewwel darba f’seba’ xhur u fejn spikkaw l-isforzi lejn it-tnaqqis tat-tensjoni li ilha x-xhur tiżviluppa bejn il-pajjiżi.
Stqarrija minn Washington qalet li l-mexxejja ddiskutew ir-responsabbiltà taż-żewġ pajjiżi ‘biex l-ispirtu tal-kompetizzjoni ma jiżviluppax f’konflitt’ u bid-diskussjoni titratta wkoll sitwazzjonijiet ‘ta’ interess’ kemm għall-Istati Uniti u ċ-Ċina flimkien ma’ ċirkustanzi fejn iż-żewġ pajjiżi għandhom interessi, valuri u perspettivi differenti.
Din kienet anki t-tieni darba li saru l-kuntatti bejn Xi Jinping u Joe Biden mindu tal-aħħar laħaq President tal-Istati Uniti – u meta t-tensjoni bejn Washington u Beijing qed tikber fost diżgwid qawwi dwar aspetti ta’ kummerċ, l-ispjunaġġ u l-effetti tal-pandemija.
//= $special ?>