Lionel Messi qabeż lil Pele’ biex sar l-aqwa skorer tal-futbol internazzjonali fl-Amerikat’Isfel. Messi skorja tliet gowls fir-rebħa ta’ 3-0 kontra l-Bolivja biex skorja 79 gowl bil-flokk tal-Arġentina f’153 preżenza, u għadda lil Pele’ li kellu 77 gowl għall-Brażil. Il-gowlli bih laħaq ir-rekord ta’ Pele’ wasal fl-14-il minuta b’xutt minn barra l-kaxxa, qabel ma skorja t-tieni u t-tielet gowl fit-tieni taqsima. Wara l-partita Messi u l-iskwadra Arġentina iċċelebraw ir-rebħ tal-Copa America quddiem 20,000 spettatur fil-Monumental Stadium, fi Buenos Aires.
//= $special ?>Lionel Messi jsir l-aqwa skorer internazzjonali fl-Amerika t’Isfel
