Sport Sport Ieħor

Raducanu u Fernandez fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti

Iż-żagħżugħa ta’ 18-il sena Emma Raducanu għaddiet għal finali tal-Open tal-Istati Uniti
wara li għelbet lil Maria Sakkari fi straight sets 6-1 6-4. B’hekk saret l-ewwel Brittanika li
waslet sa finali ta’ tournament maġġuri f’44 sena, bl-aħħar tennista Ingliża tkun Virigina Wade, fl-1977. Raducanu għadha ma tilfitx set fl-Open tal-Istati Uniti, biex waslet fl-ewwel finali tagħha tal-karriera.

Raducanu, issa tiltaqa’ kontra Leylah Fernandez wara li fis-semi finali għlebet lit-tieni seed tal-Belarus, Aryna Sabalenka. Fernandez, li għandha 19-il sena, rebħet il-partita 7-6 4-6 6-4, bil-finali se tkun l-ewwel waħda bejn żewġ adoloxxenti sa mill-1999.