Lokali

Argument bejn żewġ Żabbarin

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 70 sena kien involut f’argument ma’ raġel ieħor
ta’ 27 sena.

Iż-żewġt irġiel, it-tnejn residenti Ħaż-Żabbar stess sofrew xi ġrieħi u marru ġewwa Ċentru tas-Saħħa u aktar tard l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Filwaqt li r-raġel ta’ 27 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief, dak ta’ 70 sena kien iċċertifikat bi
ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.