Internazzjonali

Buzyn taħt investigazzjoni relatati mat-tmexxija matul il-COVID-19 fi Franza

L-eks Ministru tas-Saħħa ta’ Franza, Agnes Buzyn tinsab taħt investigazzjoni dwar id-deċiżjonijiet li ħadet fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19… b’allegazzjonijiet ixeqilbu lejn il-possibiltà li poġġiet f’riskju l-ħajja tan-nies.

L-akkużi ġew ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja biex jibdew l-investigazzjonijiet dwar kif il-Gvern irreaġixxi għal din il-kriżi tal-pandemija. Din waslet sigħat wara li Buzyn kienet interrogata mill-prosekuturi.

F’intervista li kellha ftit qabel ma’ xi ġurnalisti, hi saħqet li din keinet opportunità biex tispjega lilha nnifisha dwar din is-sitwazzjoni.

Bruzyn kienet irreżenjat minn Ministru lura fi Frar tal- 2020 biex toħroġ għall-elezzjoni ta’ sindku f’Pariġi mal-partit tal-President Franċiż Emannuel Macron.