Coronavirus Lokali

Covid-19: Raġel ta’ 96 sena jitlef ħajtu, jonqsu l-każi attivi

Raġel ta’ 96 sena hu l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna biex issa in-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Coronavirus tela’ għal 447.

34 persuna irriżultaw pożittiv għall-virus fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 50 kienu meqjusa bħala mfejqa biex il-każi attivi issa naqsu għal 723.

Bħalissa hemm 31 l-Isptar u n-numru ta’ persuni li qed jingħataw il-kura fl-ITU jiżdied għal 3.

F’dawn l-aħħar 24 siegħa ingħataw 1,930 booster tal-vaċċin.