Futbol Sport

Cristiano Ronaldo protagonist fir-ritorn tiegħu ma’ Man Utd

(Ritratt: EPA)

Manchester United għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 4-1 bil-protagonist ikun Cristiano Ronaldo li skorja darbtejn għar-Red Devils. L-ewwel gowl wasal lejn tmiem l-ewwel taqsima, meta Freddie Woodman ma żammx tajjeb ix-xutt ta’ Mason bi Greenwood, bi Cristiano Ronaldo jitfa’ ġewwa minn posizzjoni faċli. Newcastle kisbu l-gowl tad-draw fis-56 minuta meta minn pass ta’ Allan Saint-Maximin, kien Javier Manquillo li kkonkluda fil-lasta.

Madanakollu sitt minuti wara, Man Utd reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Luke Shaw, reġa’ kien Cristiano Ronaldo li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Freddie Woodman għal 2-1. Man Utd skorjaw tit-tielet gowl fl-84 minuta permezz li ta’ Bruno Fernandes li b’xutt mid-distanza sab ir-rokna tax-xibka għal 3-1, b’Jesse Lingard jiskorjaw r-raba’ gowl fit-92 minuta għal skor finali ta’ 4-1.

F’Selhurst Park Crystal Palace għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 3-0. Din kienet l-ewwel rebħa għall-kowċ Patrick Vieira u l-ewwel telfa għal Tottenham dan l-istaġun. Tottenham spiċċa jilagħbu bi plejer inqas fit-58 minuta meta tkeċċa Taphet Tanganga għat-tieni karta safra. Biex fis-76 minuta WIlfred Zaha poġġa lil C Palace fil vantaġġ mill-ħdax-il metru, qabel doppjetta taD-debuttant Odsonne Edouard fl-84 u fit-93 minuta.

Arsenal kisbu l-ewwel rebħa dan l-istaġun f’darhom kontra Norwich bl-iskor ta’ 1-0. Minkejja li ddominaw l-pusses tal-ballun Arsenal sabuwha diffiċli biex jippenetraw id-difiża ta’ Norwich. Madanakollu l-gowl uniku tal-partita wasal 66 minuta, meta wara li x-xutt ta’ Nicholas Pepe ħabat mal-lasta, kien Pierre Emerick Aubameyang li mill-viċin ikkonkluda ġewwa.

F’partita oħra Man City kisbu rebħa mportanti ta’ 1-0 barra minn darhom għand Leicester. Il-gowl tas-Citizens kien skorjat fit-62 minuta, meta l-ewwel tentattiv ta’ Joao Cancelo kien salvat, kien Bernardo Silva li rreaġixxa qabel kulħadd u tefa’ il-ballun fil-lasta għal skor finali ta’1-0.

Fi Stamford Bridge, Chelsea għelbu faċilment lil Aston Villa bl-iskor ta’ 2-0. Chelea marru fil-vantaġġ fil-15-il minuta meta minn azzjoni personali kien Romelu Lukaku li kkonkluda wara Jed Steer għal 1-0. Chelsea irdoppjaw fid-49 minuta meta wara żball difensiv ta’ Tyrone Mings, kien Mateo Kovacic li approfitta u skorja t-tieni gowl. It-tielet gowl ta’ Chelsea wasal fit-93 minuta għal darba oħra permezz ta’ Romelu Lukaku.

PREMIER LEAGUE

Illum C’Palace v Tottenham 3-0, Watford v Wolves 0-2, Brentford v Brighton 0-1, Arsenal v Norwich 1-0, Man Utd v Newcastle 4-1, S’Hampton v West Ham 0-0, Leicester v Man City 0-1, Chelsea v Aston Villa 3-0 Għada Leeds v Liverpool 5.30pm It-Tnejn Everton v Burnley 9.00pm