Sport Sport Ieħor

Djokovic u Medvedev fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti

Is-seed numru 1 Novak Djokovic għeleb lil Alexander Zverev wara ħames sets, biex issa fil-finali fi New York se jiltaqa’ kontra Daniil Medevedev. Medvedev aktar kmieni għeleb lil Kanadiż Felix Auger-Aliassime 6-4 7-5 6-2 biex daħal biċ-ċans li jirbaħ l-ewwel titlu maġġuri tal-karriera tiegħu. Min-naħa l-oħra Djokovic irkupra wara disfatta fl-ewwel sett biex rebaħ 4-6 6-2 6-4 4-6 6-2.

Fil-finali Djokovic għandu ċ-ċans li jirbaħ il-21 titlu Grand Slam tal-karriera tiegħu, fejn jaqbeż lil Roger Federer u lil Rafael Nadal, li għandhom 20 titlu Grand Slam. Djokovic jista’ jsir ukoll l-ewwel tennist li rebaħ l-erba’ Grand Slams fl-istess sena sa minn Rod Laver fl-1969.