Lokali

“Agħmel kuraġġ..mal-PN terġa’ tikseb id-dinjità li tixraqlek” – Bernard Grech

Flimkien nissaħħu - flimkien inkunu l-bidla għal dan il-pajjiż

“Għandna dmir li nkunu aktar b’saħħitna sabiex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsir it-tarka tal-ġustizzja…mal-PN inti terġa’ tieħu d-dinjita li tixraqlek”.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt sessjoni mistoqsija u tweġiba li ġiet organizzata s-Sibt filgħaxija f’Għajnsielem , Għawdex, fil-bidu tal-attivitajiet marbuta mal-festi tal-Indipendenza.

Mistoqsi dwar l-inġustizzji li qed iħabbtu wiċċhom diversi ċittadini Maltin u Għawdxin fl-aħħar xhur u snin, Bernard Grech saħaq li mhux se jkun qiegħed jittollera aktar imġieba simili kemm jekk il-vittmi jkunu partitarji Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti hekk kif spjega li ankè ma niesu stess…il-Gvern qiegħed iwettaq l-inġustizzji.

Huwa saħaq li diversi persuni qed javviċinaw lil Partit Nazzjonalista u ħeġġiġhom biex jagħmlu kuraġġ u jersqu lejn il-Partit sabiex verament ikunu jistgħu iwettqu l-bidla li tixraqilhom..sabiex huma stess jkunu l-bidlu li għandu bżonn dan il-pajjiż.

Mistoqsi dwar il-konnettivita bejn Malta u Għawdex, Bernard Grech saħaq li l-wiegħda tal-Partit Nazzjonalista hija waħda ċara..Gvern ġdid immexxi minnu jinvesti f’tal-inqas żewġ vapuri ġodda l-għaliex l-PN jemmen li l-Għawdxin m’humiex ċittadini tas-second class. Huwa spjega wkoll li l-Partit Nazzjonalista jrid li jsir investiment ankè fil-Port tal-Imġarr…tkabbir sabiex mhux biss jgħin fit-trasport iżda ankè f’investiment u aktar xogħol bil-għan li verament jaqdi u jrendi l-bżonnijiet tal-gżira Għawdxija.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien mistoqsi dwar żieda fl-aħħar snin ta’ xogħol mal-Gvern f’Għawdex bid-differenza ta tnaqqis fil-qasam privat u hawnhekk saħaq li minflok ikun ta’ xprun li jistimola l-investiment fil-kumpaniji f’Għawdex…Gvern Laburista spiċċa jikkompetilhom. Għaldaqstant huwa saħaq li jrid li l-ħaddiema jkollhom garanzija ta xogħol diċenti b’paga xierqa – li persuna li tixtieq tibqa’ taħdem f’Għawdex mhux tispiċċa tittallab lil xi ministru iżda li tikber u tespandi l-karriera tagħha.

Bernard Grech saħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista jiggarantixxi li dawk il-persuni li jkollhom bżonn li jingħataw l-kura tal-kemoterapija ..din tingħatalhom f’Għawdex l-għaliex is-saħħa għal-PN hija prijorità. Hekk ukoll l-edukazzjoni fejn saħaq li uliedna jixraqilhom l-aqwa u l-aħjar…anke f’Għawdex l-għaliex b’ħidma kollettiva jinsab ċert li kapaċi nkunu fost l-aqwa u l-aħjar.

Finalment Bernard Grech  Finalment Bernard Grech sellem lil l-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono u lir-raġel tagħha wara li ħareġ fil-beraħ li huma wkoll sofrew minn inġustizzja bil-qorti tisħaq li dak li ntqal fuqu ma kien xejn ħlief gidba. Huwa rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom u insista li sa fl-aħħar l-istorja tathom raġun bil-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra jkun tarka għal ġustizzja.