Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Koulibaly jagħti t-tieni telfa lil Juventus

(Ritratt: EPA)

Fil-partita tal-ġurnata Napoli kisbu rebħa mportanti ta’ 2-1 kontra Juventus biex it-tim ta’ Turin ħa t-tieni telfa tiegħu dan l-istaġun u għadu mingħajr rebħa. Kienu proprju Juventus li marru fil-vantaġġ fl-10 minuta, meta wara żball difensiv ta’ Kostantinos Manolas, kien Alvaro Morata li sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Napoli u mill-viċin ma żbaljax għal 1-0.

Minkejja dan, fit-tieni taqsima Napoli ħarġu jfittxu l-gowl u fis-57 minuta huma kisbu l-gwo ltad-draw, meta Wojiech Szczesny salva tajjeb ix-xutt ta’ Lorenzo Insigne, iżda mit-tieni tentattiv kien Matteo Politano li approfitta u ma żbaljax għal 1-1. Biex ħames minuti qabel tmiem il-partita Napoli skorjaw il-gowl tar-rebħa meta Moise Kean naqas mill-jbiegħed il-perikli fil-kaxxa ta’ Juventus, kien Kalidou Koulibaly li mill-viċin tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 2-1.

F’Gewiss Stadium Fiorentina għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-1. It-tliet gowls skorjati f’din il-partita kienu minn penalties, b’Dusan Vlahovic jiftaħ l-iskor fit-33 minuta. L-istess player irdoppja mill-ħdax-il metru fid-49 minuta, b’Duvan Zapata jnaqqas id-distakk għal Atalanta fil-65 minuta, liema gowl ma kienx biżejjed biex jsalva draw għat-tim minn Bergamo.

Fi Stadio Carlo Castellani Venezia kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Serie A bl-iskor ta’ 2-1 kontra Empoli. Huma marru fil-vantaġġ fit-13-il minuta meta minn cross ta’ Mattia Aramu kien Thomas Henry li mattar saqajh u skorja għal 1-0. Venezia rdoppjaw fit-68 minuta meta minn kontrattakk veloċi, kien David Okreke li wara azzjoni personali kkonkluda fil-lasta għal 2-0. Madanakollu Empoli naqqsu d-distakk fid-89 minuta meta ingħataw penalty għal foul ta’ Maeenpaeae fuq Liam Henderson. Mill-ħdax –il metru Nedim Bajrami ma żbaljax, liema gowl madankollu ma kienx biżejjed biex Empoli jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.

SERIE A

Illum Empoli v Venezia 1-2, Napoli v Juventus 2-1, Atalanta v Fiorentina 1-2 Għada Sampdoria v Inter 12.30pm, Cagliari v Genoa 3.00pm, Torino v Salernitana 3.00pm, Spezia v Udinese 3.00pm, Milan v Lazio 6.00pm, Roma v Sassuolo 8 .45pm It-Tnejn Bologna v Verona 8.45pm